keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 20 Mekkaniżmu tal-aġġustament tal-kuntratt
- 1 Artikolu 21 Proċedura alternattiva għas-soluzzjoni tat-tilwim
- 2 Artikolu 22 Dritt ta' revoka
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TITOLU II
MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.
TITOLU III
MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT
KAPITOLU 1
Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq
KAPITOLU 2
Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv
KAPITOLU 3
L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom
KAPITOLU 4
Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku
TITOLU IV
MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW
KAPITOLU 1
Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet
KAPITOLU 2
Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online
KAPITOLU 3
Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- jistgħu 18
- membri 15
- materjal 12
- revoka 12
- ieħor 12
- ikun 10
- tad-drittijiet 9
- jipprevedu 9
- l-istati 8
- l-awtur 8
- l-artist 8
- artist 7
- awtur 7
- għandhom 7
- l-istati 7
- tal-kuntratt 6
- fejn 6
- wara 6
- xogħol 6
- biss 6
- meta 6
- it-trasferiment 6
- jekk 6
- minn 5
- japplika 5
- individwali 4
- awturi 4
- artisti 4
- tal-mekkaniżmu 4
- mill-applikazzjoni 4
- l-artisti 4
- xogħlijiet 4
- artikolu 4
- jista 4
- żmien 4
- tkun 4
- l-esklużività 4
- dawn 4
- minflok 4
- prevista 4
- liċenzjati 4
- trasferiti 4
- skadenza 4
- jkunu 4
- differenti 4
- għandu 4
- jiżguraw 4
- sfruttament 4
- il-liċenzja 4
- protett 4
Artikolu 22
Dritt ta' revoka
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtur jew artist ikun illiċenzja jew ittrasferixxa d-drittijiet tiegħu f'xogħol jew materjal protett ieħor fuq bażi esklużiva, l-awtur jew l-artist jistgħu jirrevokaw kompletament jew parzjalment il-liċenzja jew it-trasferiment ta' drittijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' sfruttament tax-xogħol jew ta' materjal protett ieħor.
2. Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mekkaniżmu ta' revoka previst fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu previsti mil-liġi nazzjonali b'kont meħud ta' dawn li ġejjin:
(a) | l-ispeċifiċitajiet tas-setturi differenti u t-tipi differenti ta' xogħlijiet u spettakli; u |
(b) | fejn xogħol jew materjal ieħor ikun fih il-kontribut ta' aktar minn awtur jew artist wieħed, l-importanza relattiva tal-kontributi individwali u l-interessi leġittimi tal-awturi u l-artisti kollha affettwati mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' revoka min-naħa ta' awtur jew artist individwali. |
L-Istati Membri jistgħu jeskludu xogħlijiet jew materjal ieħor mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' revoka jekk dawn ix-xogħlijiet jew materjal ieħor normalment ikun fihom kontributi minn diversi awturi jew artisti.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-mekkaniżmu ta' revoka jista' japplika biss f'perijodu ta' żmien speċifiku, fejn tali restrizzjoni tkun debitament ġustifikata mill-ispeċifiċitajiet tas-settur, jew tat-tip ta' xogħol jew ta' materjal ieħor ikkonċernat.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awturi jew artisti jistgħu jagħżlu li jtemmu l-esklużività tal-kuntratt minflok jirrevokaw il-liċenzja jew it-trasferiment tad-drittijiet.
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li r-revoka prevista mill-paragrafu 1 tista' tiġi eżerċitata biss wara żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-liċenzja jew tat-trasferiment tad-drittijiet. L-awtur jew l-artist għandu jinnotifika lill-persuna li lilha ġew liċenzjati jew trasferiti d-drittijiet u jistabbilixxi data ta' skadenza xierqa sa meta għandu jsir l-isfruttament tad-drittijiet liċenzjati jew trasferiti. Wara l-għeluq ta' dik id-data ta' skadenza, l-awtur jew l-artist jista' jagħżel li jtemm l-esklużività tal-kuntratt minflok jirrevoka l-liċenzja jew it-trasferiment tad-drittijiet.
4. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika jekk in-nuqqas ta' sfruttament ikun l-aktar minħabba ċirkostanzi li l-awtur jew l-artist jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jirrimedjaw.
5. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li kull dispożizzjoni kuntrattwali li tidderoga mill-mekkaniżmu ta' revoka prevista fil-paragrafu 1 hija infurzabbli biss jekk tkun ibbażata fuq ftehim ta' negozjar kollettiv.
Artikolu 20
Mekkaniżmu tal-aġġustament tal-kuntratt
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-assenza ta' ftehim ta' negozjar kollettiv applikabbli li jipprevedi mekkaniżmu komparabbli ma' dak stabbilit f'dan l-Artikolu, l-awturi u l-artisti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, huma intitolati li jitolbu remunerazzjoni addizzjonali, xierqa u ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet, jew mis-suċċessuri fit-titolu ta' tali parti, meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tirriżulta sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti kollha miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet.
2. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għal ftehimiet konklużi mill-entitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(a) u (b) tad-Direttiva 2014/26/UE jew minn entitajiet oħra li diġà huma soġġetti għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva.
Artikolu 21
Proċedura alternattiva għas-soluzzjoni tat-tilwim
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 19 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 20 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għas-soluzzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi u l-artisti jkunu jistgħu jagħtu bidu għal tali proċeduri fuq talba speċifika ta' awtur jew artist wieħed jew aktar.

whereas